Is-soppa tal-armla hija fost l-aktar platti tradizzjonali magħrufa fil-kċina Maltija, magħrufa għas-sempliċità tagħha u t-togħma awtentika.
Din is-soppa, li ġejja minn żmien meta r-riżorsi kienu limitati. Normalment ikun fiha ħaxix frisk bħal karrotti, patata, zucchini u fażola.
Din is-soppa baqgħet popolari tul is-snin u għadek issibha fuq il-mejda Maltija bħala ikla nutrittiva, speċjalment fix-xhur kesħin.
Il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni qasmet kitba dwar ir-riċetta l-antika.
“Riċetta tas-Soppa tal-Armla stampata fl-1976 fir-rivista Il-Gżejjer tad-Dipartiment tal-Informazzjoni – platt tradizzjonali li ilu parti mill-kċina Maltija għal ġenerazzjonijiet. Għadkom issajruha d-dar? Tużaw l-istess riċetta, jew għandkom verżjoni oħra?”
Din il-kwotazzjoni tqajjem sens ta’ nostalġija u tħeġġeġ lill-pubbliku biex jerġa’ japprezza u jżomm ħaj dan il-wirt kulinarju.