“Għaddejna Minn Żminijiet Iebsa U Mudlama… Imma Xorta Sibna Triq ’Il Quddiem” – Sarah Bajada F’Għeluq Snin Sam

Sarah Bajada qasmet messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali hekk kif binha Sam għalaq sitt snin, b’riflessjoni sinċiera dwar il-vjaġġ diffiċli iżda sabiħ li għaddiet minnu bħala omm.

“U hekk, Sam għalaq 6 snin,” kitbet Sarah, waqt li spjegat li din il-ġurnata dejjem iġġib magħha emozzjonijiet qawwija. Hija rrakkuntat kif it-twelid ta’ binha jfakkarha f’perjodu iebes f’ħajjitha, meta kellha “tiġbor il-biċċiet waħedha” u tkun hemm għalih anke meta kienet “għajjiena, miksura u qed tfiq”.

Minkejja dawn l-isfidi, Sarah tgħid li rnexxielha toħloq “maġija kuljum” għal binha, u llum tħares lura b’sens kbir ta’ kburija. “Wasalna ’l bogħod ħafna, għexna tant avventuri flimkien,” qalet, filwaqt li żiedet li Sam għenha tikber u ssir il-persuna li hi llum.

Hija qasmet ukoll riflessjoni li għamlet waqt intervista riċenti, fejn ġiet mistoqsija kif tiddeskrivi ħajjitha kieku kienet ktieb. “Minnufih għedt ‘the ugly duckling that turned into a swan’,” spjegat, biex turi kif minkejja ż-żminijiet diffiċli u mudlama, sabu triq ’il barra.

Fl-aħħar tal-messaġġ tagħha, Sarah indirizzat lil ommijiet oħra li qed jgħaddu minn sitwazzjonijiet simili, b’messaġġ ta’ kuraġġ u tama: “Lil kull omm li qed tagħmel dan waħedha, taqtax qalbek. Ġurnata waħda tħares lura u tinduna kemm int verament b’saħħtek u li inti biżżejjed.”

Il-messaġġ tagħha laqat qalb ħafna nies, b’numru ta’ segwaċi jfaħħru s-sinċerità tagħha u jaqsmu stejjer simili, filwaqt li juru appoġġ u solidarjetà lejn ommijiet li qed jgħaddu minn sfidi waħedhom.







Ritratti:

Facebook / Sarah Bajada

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI