Kristy Spiteri Mistiedna Fil-EuroClub Ta’ Vjenna Matul Il-Ġimgħa Tal-Eurovision

Il-kantanta Maltija Kristy Spiteri se tkun qed tidher fuq wieħed mill-aktar palkijiet importanti matul il-ġimgħa tal-Eurovision, hekk kif ġiet uffiċjalment mistiedna biex tipparteċipa fil-EuroClub.

Dan l-avveniment, organizzat din is-sena minn OGAE Austria, se jsir bejn il-11 u s-16 ta’ Mejju u jiġbor flimkien artisti tal-Eurovision, fans u professjonisti tal-industrija minn madwar l-Ewropa għal ġimgħa mimlija wirjiet, temi differenti u atmosfera enerġetika.

Għal Kristy, din l-istedina tfisser pass ieħor importanti fil-karriera tagħha, hekk kif se jkollha l-opportunità li tesebixxi l-kanzunetta tagħha Heaven Sent fuq livell internazzjonali u tiltaqa’ ma’ komunità usa’ tal-Eurovision.



Il-EuroClub huwa magħruf għall-ispettakli memorabbli u l-ambjent vibranti tiegħu, u din il-parteċipazzjoni tista’ tiftaħ aktar bibien għal Kristy fuq ix-xena Ewropea.





Ritratti:

Facebook / Kristy Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI