“Waqaft Nieħu D-Droga Għax Ridt Li Nkun Missier Għal Ibni!” – Ryan Barbara

Mal-preżentatriċi Maria La Barokka waqt il-programm tagħha Kuxjenza, tkellem Ryan Barbara li fil-passat kien vittma tal-vizzju tad-droga.

Ryan ifisser kif kienet proprju x-xewqa li jkun missier f’ħajjet ibnu li wasslitu sabiex jieħu d-deċiżjoni li jagħmel il-programm u b’determinazzjoni liema bħalha jegħleb il-vizzju.

Hu jistqarr li llum il-ġurnata għandu relazzjoni tajba ħafna ma’ ibnu u jfisser kif mhux l-ewwel darba li jemozzjona ruħu fil-preżenza tiegħu hekk kif jgħaddi minn moħħu l-ħsieb ta’ x’kien se jitlef kieku ma rnexxilux b’determinazzjoni jfieq mill-vizzju tad-droga.







Ritratti:

Facebook / Maria La Barokka Muscat u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI