Il-Kulleġġ Missjunarju Ta’ San Pawl Huwa R-Rebbieħ Tal-Premju Young Parliamentarians 2026

Il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl huwa r-rebbieħ tal-Premju Young Parliamentarians 2026. Il-kompetizzjoni nvolviet 24 skola u 217-il student. Fuq il-paġna tal-Facebook tal-iskola, inkiteb post dwar dan il-premju.

“Nifirħu mal-istudenti tagħna tal-Young Parliamentarians li rebħu l-edizzjoni ta’ din is-sena. Huma għaddew mill-ewwel fażi tal-gruppi lura fi Frar u baqgħu jipprogressaw mill-fażi tal-kwarti tal-finali, għas-semifinali u eventwalment ittrijonfaw fil-fażi tal-finali,” huma kitbu.

“Kburin immens bil-Kulleġġ tagħna li klassifika fl-ewwel post u lill-istudent Ryan James Zammit li ħa l-premju għat-tieni l-aħjar kelliem mill-kelliema kollha fil-kompetizzjoni. Nifirħu lill-istudenti kollha involuti: Luigi Borg, Miguel Borg, Andrè Sammut, Luke Gauci, Ryan James Zammit, Coen Saliba, Luca Zahra, Andrea Vella, Juzè Cassar, Jaden Borg, Jeremy Isaac Mercieca u Zachary Azzopardi.”







Ritratti:

Facebook / St.Paul’s Missionary College

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI