“Żgħażagħ Oħra Kienu Qed Igawdu… Jiena Ridt Li Nkun Ħdejn Ommi Waqt Li Qed Tiġġieled Il-Kanċer” – Mariah

Mariah tkellmet dwar il-mument meta saret taf li ommha Joanne kellha l-kanċer. Hi tistqarr li dak il-ħin, imbikkma, qalet lilha nfisha li ommha kienet se tmut u li kien se jkollha tgħix il-bqija ta’ ħajjitha mingħajrha.

Ma’ Hospice Malta, Mariah tirrakkonta kif fiż-żmien meta ommha kienet qed tiġġieled il-kanċer, filwaqt li żgħażagħ oħrajn kienu qed igawdu ħajjithom, hi għażlet li minflok tkun ħdejn ommha sabiex żgur qatt ma jkollha dispjaċir li ma kinitx hemm għal ommha fl-iżjed mumenti diffiċli.

Sfortunatament, Joanne ħalliet din id-dinja fi Frar li għadda fl-età ta’ 54 sena.

Matul il-ġlieda tagħha kontra l-kanċer, Joanne ngħatat għajnuna kbira mingħand Hospice Malta. Illum stess din l-għaqda filantropika li tgħin tant pazjenti fil-bżonn qed tagħmel maratona ġbir ta’ fondi sabiex appuntu tkun tista’ tgħin iżjed vittmi tal-kanċer, fost oħrajn.



Ejjew ngħinu lil Hospice Malta!





Ritratti:

Facebook / Hospice Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI