Il-President Emeritu Dr George Vella Jiċċelebra L-Età Sabiħa Ta’ 84 Sena

Ilbieraħ il-President Emeritu Dr George Vella ċċelebra l-età sabiħa ta’ 84 sena.

Matul il-karriera tiegħu Dr Vella serva għal diversi snin f’għadd ta’ rwoli differenti f’pajjiżna fosthom dak ta’ Deputat Prim Ministru kif ukoll dak ta’ Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Madankollu, żgur li l-iktar kariga prestiġjuża li okkupa hu kienet dik ta’ President tar-Repubblika bejn l-2019 u l-2024 fejn dejjem saħaq favur l-unità nazzjonali.



F’jum għeluq sninu, il-President Emeritu esprima l-gratitudni tiegħu lejn dawk kollha li ħadu l-ħin sabiex jawgurawlu l-isbaħ xewqat.



Nawgurawlu għal iżjed snin ta’ saħħa!



Ritratti:

Facebook / George Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI