Ivan Giordano, il-perit, mużiċista u kok li kien semi-finalist fuq l-ewwel staġun ta’ MasterChef, qasam l-aħbar sabiħa li hu u Lara laqgħu fid-dinja lil Teo u Millie.
“Hekk kif ir-realtà tibda titwemmen, isir aktar ċar li l-ħajja finalment barkitna bl-aqwa rigali fid-dinja,” hu kiteb. “Kienet esperjenza tal-ġenn u emozzjonali biex wasalna s’hawn, imma aħna tant ferħana u b’qalbna mimlija.”
Ivan ħa l-opportunità li jirringrazzja u jfaħħar lil Lara.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil din il-koppja ħelwa!
Instagram/@giordano_cooks