Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat kitbet messaġġ li fih x’tomgħod. Messaġġ li bħal ħafna li taqsam, jista’ jirrelata miegħu kulħadd. Din id-darba l-appell ta’ Maria huwa li nżommu pożittivi, anke permezz ta’ tbissima.
“Ibqa’ tbissem u agħmel kuraġġ anki jekk taf li f’qalbek hemm ħsibijiet li jtuk l-uġigħ… Ibqa’ pożittiv, u ffoka fuq is-sabiħ li tagħti l-ħajja. Aħseb f’dawk li jħobbuk u mhux f’dawk li moħħhom biex jagħmlulek il-ħsara.”
Maria tkompli, “Agħraf li s-saħħa ta’ ALLA qegħda hemm ġo fik, għax tagħżel is-sewwa…Il-Mulej forsi kwiet…imma hemm qiegħed. Il-Mulej forsi mhux iwieġeb għal dak li tixtieq bħalissa imma hemm qiegħed.”
Tfakkar li tul ħajjitna għandnan nemmnu li se jkun hemm mumenti sbieħ. Kif jgħidu, wara l-maltemp jiġi l-bnazzi.
Prosit bħal dejjem Maria tal-messaġġi li twassal.
Facebook/ Maria La Barokka Muscat