“76 Kilometru Fi 42 Siegħa” – Fabio Spiteri Jlesti L-Għawm Fid-Double Deca Ironman

Wara s-suċċess kbir li kellu fl-aħħar Deca tiegħu, l-atleta u attivist lokali Fabio Spiteri beda sfida oħra barra minn xtutna, id-Double Deca Ironman. Minkejja li din id-Deca mhi faċli xejn, hu jibqa’ jagħmel ħiltu biex jiġbor id-donazzjonijiet għad-djar tal-annimali.



Illum ħabbar li rnexxielu jlesti l-ewwel parti ta’ din id-Deca. Hu kiteb, “L-għawm lest. Ħrigt mill-pixxina t-tielet wieħed, wara Jurand Czabanski u Beto Stael. Għamilt 76 kilometru fi 42 siegħa. Kienet diffiċli ħafna. Għandi uġigħ kbir f’dirgħajja. Irqadt biss tliet sigħat u issa ħa nkompli għall-biċċa taċ-ċikliżmu.”



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu għal dak li rnexxielu jlesti s’issa u nagħtuh kuraġġ biex ma jaqtax qalbu. Hu bniedem ta’ ispirazzjoni kbira u ninsabu ferm kburin bih.



Ritratti:

Facebook / Fabio Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI