Qed issir appell urġenti biex tinstab dar temporanja għal ġeru żgħira li nstab li għandha l-kundizzjoni Parvovirus.
Minkejja s-sitwazzjoni diffiċli, ħafna ġriewi jirkupraw minn din il-marda u jgħixu ħajja normali u kuntenta, u għalhekk hemm tama għal din iż-żgħira.
Għandha bżonn biss spazju sigur għal ftit jiem waqt li tirċievi kura u checkups ta’ kuljum għand il-veterinarju
Bħala rekwiżiti huma jsemmu li m’għandu jkun hemm l-ebda annimali oħra fid-dar. Idealment id-dar tkun tinsab fin-naħa t’isfel ta’ Malta, biex ikun faċli li jsiru żjariet ta’ kuljum għand il-veterinarju.
Din il-ġriewa nstabet abbandunata fit-triq u ġiet salvata, u issa għandha bżonn l-aħħar ċans biex tkompli tiġġieled u tgħix.