“10 Snin Ilna Nafu Lil Xulxin… Inħossni Onorat Bil-Ħbiberija Sinċiera U Sabiħa Li Għandna” – Bastjan Dwar Steph

Steph u Bastjan

Sebastian Debono, jew kif nafuh waqt il-programm Illum ma’ Steph, Bastjan, kiteb messaġġ li fih jesprimi l-apprezzament tiegħu lejha. Fiha sab ħabiba veru u kollega mill-aqwa.

“10 snin ilna nafu lil xulxin: jien u Steph! Bdejna b’kollaborazzjoni fuq it-televiżjoni però issa nista’ ngħid li Steph saret parti mill-familja tiegħi!”

Bastjan jinsab, “Onorat bil-ħbiberija sinċiera u sabiħa li għandna u li saret daqshekk persuna importanti fil-ħajja tiegħi. Apparti li meta nibdew noħolmu ġejna perikolużi għax qisna nar: idea u jitlaq l-inkwiet u x -xogħol!”

Żewġ personalitajiet li ċertament ikunu qed jistennew it-telespettaturi waqt Illum ma’ Steph.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI