“Mhux Kull Meta Xi Ħadd Jirrispondik Tard Ifisser Li Dak Li Jkun Ma Jimpurtahx Minnek” – Dr Nicholas Briffa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa qasam mas-segwaċi messaġġ li ta’ min jagħti widen għalih.

Hu qal, “Mhux kull meta xi ħadd jirrispondik tard ifisser li dak li jkun ma jimpurtahx minnek. Għal xi nies, il-fatt li jkollhom diversi notifiki u messaġġi ġġiegħelhom iħossuhom anzjużi. WhatsApp, Gmail, Outlook, Facebook, SMSs, Instagram, Messenger eċċ… donnhom qatt ma jieqfu. Li jkun dejjem disponibbli jista’ jagħmel lil dak li jkun iħossu anzjuż u xi kultant anke għejjin mentalment.”

Żied, “Allura xi drabi jieħdu pass lura u jħallu l-messaġġi għal aktar tard, jew ma jiftħuhomx minnufih. Mhux biex jinjorawk, imma biex jipproteġu ftit is-saħħa mentali tagħhom. Qabel ma tieħu kollox personalment, ftakar f’dan: is-skiet mhux dejjem huwa rifjut. Kultant kull ma jfisser huwa li xi ħadd qed jipprova jżomm bilanċ mingħajr ma jintilef fil-ġenn tal-ħajja.”







Ritratti:

Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI