Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Association for Abandoned Animals laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Shielu, kelb li għandu 8 snin u spiċċa bla dar wara li sidu li kien anzjan marad.
Huma qalu, “Iltaqgħu ma’ Shielu, kelb ta’ 8 snin, Springer cross, ġentili ħafna u b’qalb tad-deheb. Shielu kien membru maħbub ħafna tal-familja tiegħu, iżda wara li sidu li kien anzjan marad, qed ifittex dar ġdida fejn jista’ jsejħilha tiegħu. Hu kelb tassew ħelu u kalm, diġà msewwi u lest biex isir l-aktar ħabib leali tiegħek. Dan il-ġuvni prezzjuż għandu bżonn biss it-tieni ċans biex iħobb u jkun maħbub.”
Ixxerjaw dan l-artiklu forsi nkunu t’għajnuna għal Shielu!