“Ivy… Inti L-Isbaħ Parti Ta’ Ħajjitna U Nħobbuk Aktar Milli Taf” – Xylon Bristow

It-tifla tal-attur lokali Xylon Bristow għalqet tliet snin u l-okkażjoni ġiet iċċelebrata b’messaġġ mimli mħabba u umoriżmu fuq il-midja soċjali minn missierha.

Xylon fetaħ qalbu dwar kemm il-wasla ta’ Ivy bidlitlu ħajtu, hekk kif stqarr li minn meta twieldet “id-dar spiċċat kollha storbju, toys, drama u mħabba bla qies”. Huwa sellem lil bintu f’għeluq sninha b’awgurju ħelu, “Happy Birthday liż-żgħira tagħna Ivy”.



Fil-messaġġ tiegħu, huwa ddeskriva lil Ivy bħala tifla li “taf tagħmel kollox… tibki, tidħaq, tikkmanda u ddawwarna kollha f’sekonda”, kliem li ġab tbissima fuq wiċċ ħafna minn dawk li raw il-post.



Xylon kompla jesprimi kemm Ivy tfisser għalih u għall-familja tiegħu, hekk kif qal li hi, “l-isbaħ parti ta’ ħajjitna” u li jħobbuha aktar milli taf hi stess.

Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi awguralha tkompli tikber u tferraħhom, dejjem b’dik “it-tbissima li ddawwal kullimkien”.



Ritratti:

Facebook / Xylon Bristow

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI