Bħal-Lum 81 Sena Ilu Fl-Ewropa Saltnet Il-Paċi Hekk Kif Waslet Fi Tmiemha T-Tieni Gwerra Dinjija

Proprju bħal-lum 81 sena ilu, fit-8 ta’ Mejju tal-1945, saltnet il-paċi fost il-pajjiżi Ewropej hekk kif it-Tieni Gwerra Dinjija waslet fi tmiemha.

Dan wara li dakinhar daħal fis-seħħ ftehim li kien jimplika li l-Ġermanja Nażżista kellha ċċedi l-armi u ma turi l-ebda reżistenza fil-konfront tal-Alleati li kienu jinkludu fost oħrajn l-Amerka, l-Unjoni Sovjetika, l-Ingilterra kif ukoll Franza.

It-Tieni Gwerra Dinjija kienet serqet il-ħajja ta’ ‘l fuq minn 80 miljun ruħ u bdiet b’bidu glorjuż għall-Ġermanja Nażżista li f’dik il-ħabta bdiet tinvadi u taħtaf taħt idejha għadd ta’ pajjiżi Ewropej u ntemmet bi tmiem umiljanti għall-istess Ġermanja Nażżista hekk kif is-suldati tal-Unjoni Sovjetika rnexxielhom jaħtfu l-belt kapitali Ġermaniża ta’ Berlin.

Il-gwerra dinjija kienet damet sitt snin sħaħ u l-jum tat-8 ta’ Mejju sal-lum il-ġurnata hu meqjus madwar l-Ewropa bħala Jum ir-Rebħa fl-Ewropa.







Ritratti:

X / Visegrad 24 u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI