“Il-Papà Jemmen Fija… Li Xi Darba Għad Nitkellem” – Mill-Paġna Guilherme’s Journey Of Hope

Ftit tas-sigħat ilu għadu kif inxtered filmat tassew emozzjonanti mill-paġna Guilherme’s Journey of Hope fejn fih jidher iċ-ċkejken magħruf Guilherme.

Guilherme jgħix bil-kundizzjoni rari Tuberous Sclerosis Complex. Din hija kundizzjoni li tista’ taffettwa diversi partijiet tal-ġisem u l-iżvilupp tat-tfal. Minkejja l-isfidi li jaffaċċja ta’ kuljum, il-familja tiegħu tibqa’ taqsam mumenti mimlijin tama, kuraġġ u mħabba ma’ dawk li jsegwu l-vjaġġ tiegħu.

Flimkien mal-filmat spikka wkoll messaġġ qasir fejn jindika li llum għal Guilherme kienet ġurnata ta’ terapija (speech therapy). Il-bqija tal-messaġġ jidher jikkumplimentah bil-frażi sabiħa “il-papà jemmen fija li xi darba għad nitkellem.”

Illum Guilherme kompla jagħmel passi żgħar iżda importanti fil-vjaġġ tiegħu. Dan il-vjaġġ qed jispira lil ħafna permezz tad-determinazzjoni tiegħu u s-sapport bla qies ta’ familtu. Filwaqt li dan il-messaġġ ċkejken mess il-qlub ta’ bosta segwaċi, kienu bosta dawk li ħallew kummenti ta’ inkoraġġiment u talb.

L-istorja ta’ Guilherme hija storja ta’ tama u kuraġġ u tgħallimna li minkejja l-isfidi li ngħaddu minnhom qatt m’għandna naqtgħu qalbna!







Ritratti:

Fb/ Guilherme’s Journey Of Hope

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI