Riħ Qawwi Mistenni Jkompli Jiżdied Matul Illejla Hekk Kif It-Temp Jibqa’ Ċlampu Bħalissa 

It-temp illum baqa’ wieħed pjuttost imsaħħab b’waqtiet xemxin kif  ukoll ċlampu madwar il-gżejjer Maltin, iżda hekk kif qed joqrob filgħaxija, mistennija wkoll bidla fir-riħ li se jibda jissaħħaħ b’mod aktar evidenti matul il-lejl.

Skont l-aħħar aġġornamenti tat-temp, ir-riħ li matul il-jum kien moderat mix-Xlokk mistenni jdur lejn Xlokk il-Lvant u jilħaq forza qawwija ta’ bejn Forza 6 u 7 matul is-sigħat tal-lejl. Dan ifisser li f’ċerti żoni esposti, speċjalment qrib il-kosta, il-baħar jista’ jibda jinħass aktar imqalleb ukoll.



It-temperaturi mistennija jibqgħu relattivament sħan għal dan iż-żmien tas-sena, bl-ogħla temperatura tal-lum tilħaq madwar 22°C, filwaqt li matul il-lejl tinżel għal madwar 17°C.



Intant, minkejja s-sħab u r-riħ, qed ikollna wkoll veduti sbieħ ta’ nżul ix-xemx madwar Malta. Għaldaqstant, jidher li matul is-sigħat li ġejjin ħafna se jkunu qed jinnotaw ir-riħ aktar qawwi barra, għalhekk jekk se toħorġu tard illum jew kmieni għada, forsi ta’ min iżżommu ġakketta viċin tagħkom! 



Ritratti:

Fb/ It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI