Il-preżentatriċi lokali Elaine Sammut qasmet messaġġ mimli mħabba u kburija lejn bintha Yelena, hekk kif irrimarkat kemm qed tikber malajr.
Fuq il-midja soċjali, Elaine qalet li sentejn ilu Yelena kellha 11-il sena, filwaqt li llum kważi saret itwal minnha. “God bless you qalbi,” kitbet b’emozzjoni, waqt li żiedet b’umoriżmu li “inti tikber u ommok tixjieħ”.
Elaine ma naqsitx milli ssemmi wkoll il-perjodu tal-eżamijiet li jinsab viċin, hekk kif indirizzat lil bintha b’messaġġ motivazzjonali, “Yel studja, Yel studja. L-eżamijiet wara l-bieb!”
Hija kompliet tesprimi kemm hi kburija b’Yelena, filwaqt li ħeġġitha tagħmel ftit aktar sforz qabel jasal is-sajf. “Kburija bik dejjem pupa. Issa, ftit sforz. Is-Sajf daqt magħna,” temmet tgħid Elaine.
Facebook / Elaine Sammut