“Ksirt L-Għaksa. Il-Ħajja Tkompli, Imma Mhux Mingħajr L-Imħabba Kostanti Tagħkom” – Josette Sciberras

Sfortunatament Josette Sciberras kisret l-għaksa u ddedikat post fuq Facebook biex tirringrazzja lil dawk li qed jappoġġjawha.

“Nixtieq nirringrazzja lill-maħbubin tiegħi,” hi kitbet. “Ksirt l-għaksa. Il-ħajja tkompli imma mhux mingħajr l-imħabba kostanti tagħkom. Grazzi lil Dominic Galea li tant inħobb, lil ħija David, lil Amida Sciberras u lil Emma.”

Ħadet ukoll l-opportunità biex tirringrazzja lill-istaff taċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana u l-Isptar Mater Dei. Josette rringrazzjat ukoll lil dawk kollha li bagħtulha messaġġ.

Molly, il-kelba tagħha, ilha żżommha kumpanija waqt l-irkupru tagħha. “Molly tiegħi ma telqitnix għal mument.”







Ritratti:

Facebook / Josette Sciberras

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI