“Inħobbok Iżjed Milli L-Kliem Jistgħu Jesprimu, Iktar Mill-Ħajja Nnifisha” – Evelyn Saliba La Rosa

Evelyn Saliba La Rosa ddedikat messaġġ mill-qalb lill-għażiż binha, biex f’jum l-omm tirringrazzjah tal-unur li tkun ommu.

Hi kitibtlu, “Kieku stajt tara lilek innifsek minn għajnejja, anke għal mument biss, kont tifhem għalxiex qalbi timtela mħabba meta nħares lejk. Inti ġejt f’ħajti qisek dawl minn ġod-dlam – fil-kwiet, kompletament, għal dejjem tbiddel dak li tmiss. U b’xi mod, f’biss għaxar snin, int għallimnti iktar dwar l-imħabba, l-umanita` u l-kuraġġ, milli qatt setgħet tgħallimni d-dinja.”

Żiedet tgħidlu, “Grazzi ta’ kull tgħannieqa li fejqitli partijiet minni li qatt ma kont taf li kienu qed juġgħuni. Grazzi ta’ kull daħka li timla jiem koroh bid-dawl. Grazzi talli int dejjem tkun int.”



Kompliet tikteb, “Li nkun ommok mhix biss xi ħaġa li jien, iżda hi l-iktar ħaġa profonda ta’ min jien, u l-ikbar unur li qatt offrietli l-ħajja. Inħobbok iżjed milli l-kliem jistgħu jesprimu, iktar mill-ħajja nnifisha. Grazzi talli tagħtini Jum L-Omm li ma jintesa qatt, kuljum.”





Ritratti:

Facebook / Evelyn Saliba La Rosa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI