Il-Pentagon Toħroġ Fajls Sigrieti B’Evidenza Tal-UFOs

Il-Pentagon ilbieraħ ħarġet grupp inizjali ta’ fajls li qabel kienu sigrieti li jiddokumentaw rapporti dwar UFOs – pass li xi wħud fittxew għal għexieren ta’ snin.

“Dawn il-fajls, moħbija wara klassifikazzjonijiet, ilhom iqanqlu spekulazzjoni ġustifikata – u wasal iż-żmien li l-poplu Amerikan jara l-verità,” qal Pete Hegseth, is-segretarju tad-difiża, fi stqarrija ppubblikata fuq X.

Fost il-punti ewlenin hemm l-astronawta tal-Apollo 11 Buzz Aldrin, it-tieni raġel li mexa fuq il-qamar, li jirrakkonta f’rapport tal-1969 dwar kif ra oġġett “ta’ daqs kbir” qrib il-wiċċ tal-qamar, u “sors ta’ dawl pjuttost qawwi” li l-ekwipaġġ ħass li seta’ jkun laser.

Flimkien ma’ bosta rapporti bil-miktub hemm ġabra ta’ fajls tal-vidjow minn kameras militari madwar id-dinja. L-oġġetti jinkludu oġġett forma ta’ ballun tal-futbol li deher fuq il-Baħar taċ-Ċina tal-Lvant fl-2022; u filmati rreġistrati fl-aħħar ftit snin ta’ tikek jiċċaqalqu b’mod erratiku, u b’veloċitajiet differenti, fuq l-Iraq, is-Sirja u l-Emirati Għarab Magħquda.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI