Puttinu Cares sellmu lil Veronica u Ramon Rossignaud fl-okkażjoni tal-50 anniversarju taż-żwieġ tagħhom, hekk kif iċċelebraw dan il-mument speċjali mdawrin bil-familja u l-ħbieb tagħhom.
Il-koppja għażlet li tfakkar dan il-pass importanti fil-ħajja tagħhom b’ġest ta’ ġenerożità, hekk kif flok rigali ddeċidew li jagħtu donazzjoni ta’ €1,500 lil Puttinu Cares sabiex jgħinu fil-ħidma li l-għaqda twettaq b’appoġġ għal pazjenti Maltin u l-familji tagħhom.
L-organizzazzjoni faħħret din l-inizjattiva sabiħa u ħadet l-opportunità biex tawgura lil Veronica u Ramon ħafna aktar snin mimlijin saħħa, ferħ u mħabba.
Il-messaġġ tagħhom kien wieħed ta’ apprezzament lejn koppja li għażlet li taqsam il-ferħ ta’ din l-okkażjoni billi tagħmel differenza fil-ħajja ta’ oħrajn.