GO plc ħarġu twissija importanti lill-pubbliku dwar każijiet ta’ frodi fejn persuni qed jużaw numri lokali tal-mowbajl sabiex jippretendu li huma rappreżentanti tal-kumpanija u joffru skontijiet foloz fuq il-kontijiet.
Il-kumpanija appellat sabiex il-klijenti joqogħdu attenti u ma jaqgħux għal dawn l-attentati qarrieqa li jistgħu jwasslu għal serq ta’ informazzjoni personali u finanzjarja.
GO plc spjegaw li l-komunikazzjoni uffiċjali tagħhom normalment issir min-numri 8007 2121 jew 2148 9489, u jekk persuna tirċievi telefonata minn numru differenti għandha taqta’ u ċċempel lura fuq il-linji uffiċjali biex tivverifika.
Il-kumpanija enfasizzat ukoll li qatt ma titlob dettalji bankarji, informazzjoni tal-karta tal-kreditu jew passwords fuq it-telefon, filwaqt li wissiet biex in-nies ma jagħfsux fuq ħolqiet li jintbagħtu permezz ta’ SMS suspettużi.
Facebook/ GO