Ilbieraħ, minħabba x-xita qawwija, il-Pjazza tal-Muniċipju ta’ Vjenna kellha tiġi evakwata. Il-Villaġġ tal-Eurovision, il-post uffiċjali fejn isiru ċelebrazzjonijiet relatati mas-70 Konkors tal-Eurovision Song Contest, fetaħ nhar il-Ħadd biss.
“Minħabba s-sitwazzjoni attwali tat-temp, irridu ntemmu l-programm u nieħdu miżuri ta’ sigurtà,” ħabbret il-Belt ta’ Vjenna lbieraħ. Dawk preżenti ntalbu jitilqu miż-żona, u qanqal diżappunt hekk kif tħabbar li ma kienx ħa jsir il-kunċert.
Minkejja dan kollox jidher li ħa jibqa’ għaddej normali għall-ewwel semifinali tal-lejla, fejn 15-il pajjiż ser jikkompeti biex jasal sal-finali tas-Sibt. Ilbieraħ ittella’ b’mod normali anke dak li jissejjaħ il-Jury Show, li jsir lejliet il-ġurnata tas-semifinali.
