Waqt il-programm li jmiss ta’ Kuxjenza, ser tkun mistiedna Maria James, li b’determinazzjoni titkellem dwar kemm l-inklużjoni tagħtiha l-qawwa biex tegħleb kull sfida.
“Id-diżabiltà ma tbeżżagħni xejn. Il-kundizzjoni tad-down syndrome ma tbeżżanix. Għalija l-importanti li tgħix il-ħajja kif tixtieqha inti.”
Apparti minn hekk Maria żżid li l-għan tagħha fil-ħajja hu li tkun hemm għal min għandu bżonn l-appoġġ. Dawk il-persuni li ma jitkellmux, hi lesta tkun il-vuċi tagħhom.
Maria James ser taqsam diversi messaġġi b’saħħithom waqt Kuxjenza nhar is-Sibt fil-17.30 fuq TVM+