Bil-Filmat: “Nhar It-Tlieta Li Ġej L-Episodju Ta’ CASA Ċelestina Ma Jixxandarx” – Desier Debono

CASA CELESTINA

CASA Ċelestina – sensiela li ġibdet tant telespettaturi lokali, speċjalment dawk li segwew TA’ GERIT, li ħa ħsiebha Desier Debono u t-tim tiegħu.

Desier qasam filmat, fejn waqt li jesprimi l-gratitudni tal-pubbliku lejn din is-sensiela u jawgura lill-ommijiet kollha, ifakkar li llum il-Ħadd, se jkun hemm ripetizzjoni ta’ CASA Ċelestina fis-14:30 fuq TVM+.

Apparti minn hekk hu xtaq li jfakkar li hekk kif ser ikun qed jixxandar l-ewwel semifinali tal-Eurovision nhar it-Tlieta li ġej mhux se jkun hemm episodju ta’ CASA Ċelestina.

“Komplu ħudu gost illum il-Ħadd, u nawguralkom għall-ġimgħa d-dieħla, ġimgħa mill-aqwa,” jagħlaq Desier.







Ritratti:

Facebook/ CASA Ċelestina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI