“25 Sena Ilu. Irfist Għall-Ewwel Darba Fuq Il-Palk Kbir Tal-Eurovision Song Contest… Kantajt ‘Another Summer Night’ Quddiem 38,000 Ruħ.” – Fabrizio Faniello

Fabrizio Faniello

Il-kantant lokali Fabrizio Faniello ifakkar il-25 anniversarju minn meta tela’ għall-ewwel darba fuq il-palk tal-Eurovision Song Contest 2001 fejn irrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta Another Summer Night.

“25 sena ilu. Irfist għall-ewwel darba fuq il-palk kbir tal-Eurovision Song Contest… kantajt Another Summer Night quddiem madwar 38,000 ruħ.”

Il-kantant iddeskriva dawk il-mumenti bħala memorji mill-isbaħ li għadhom jgħixu miegħu sal-lum. Huwa żied ukoll li l-kanzunetta Another Summer Night għadha tintlagħab, tiġi streamed u tibqa’ maħbuba minn ħafna segwaċi tal-Eurovision u tal-mużika Maltija.

Tibqa’ waħda mill-aktar kanzunetti popolari li rrappreżentaw lil Malta fil-festival Ewropew matul is-snin.







Ritratti:

Facebook/ Fabrizio Faniello

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI