Illum huwa jum għeluq snin il-kantant lokali Ben Darmanin. Ben kien parti minn festivals lokali kemm bħala parti minn grupp kif ukoll f’dwett, hekk kif lura fl-2011 hu pparteċipa fil-Malta Eurovision flimkien ma’ Klinsmann.
Lil Ben nafuh l-iżjed bħala l-kantant ewlieni fil-band lokali The Alchemists, li matul is-snin tawna diversi kanzunetti mill-isbaħ. Ben fi ħdan The Alchemists ipparteċipa fil-Malta Eurovision 2025 bil-kanzunetta Rubble And Stone.
Is-sena l-oħra rajnieh anke parti mill-film lokali Ciao Ciao, kemm bħala attur, sewwieq ta’ Taxi, kif ukoll bħala kantant.
Awguri mill-qalb Ben!