Aġenzija Żgħażagħ sellmu l-memorja ta’ Charles Henry Micallef permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom.
Huma kitbu, “B’dieqa kbira naqsmu magħkom l-aħbar tat-telfa tal-kollega tagħna, youth worker, Charles Henry Micallef. Charles kien dedikat f’xogħlu maż-żgħażagħ, fejn miss il-ħajja ta’ ħafna nies żgħar u kollegi permezz tal-qalb tajba, dedikazzjoni, u mħabba ġenwina għal ħaddieħor. Il-preżenza u l-appoġġ tiegħu bħala youth worker se tinħass in-nuqqas tagħhom minn kull min kellu l-privileġġ li jsir jafu u jaħdem miegħu.”
Żiedu jgħid, “Se niftakru lil Charles għall-impatt pożittiv li ħalla, il-konverżazzjonijiet li qasam magħna, u ddifferenza li ġab fuq il-ħajja ta’ żgħażagħ f’Għawdex u anke ‘l barra minn xtutna.”
Qalu wkoll, “Strieħ fil-paċi Charles. Il-legat tiegħek jibqa’ ħaj fil-ħajjiet li missejt. Se nħossu ħafna nnuqqas tiegħek, imma qatt m’aħna se ninsewk.”