Haley Bugeja Msemmija Fl-U23 Best XI Fost Il-Premjijiet ‘Athora Game On’

Haley

Il-plejer Maltija Haley Bugeja kienet fost il-futbolers onorati waqt iċ-ċerimonja tal-premjijiet Athora Game On – All Stars Long li saret ilbieraħ filgħaxija.

Hi ġiet magħżula fil-U23 Best XI wara staġun ieħor impressjonanti fejn kompliet turi l-kwalitajiet tagħha fuq livell internazzjonali.

Sħabha fit-tim ukoll kisbu rikonoxximenti importanti matul is-serata. Ivana Andrés ġiet inkluża fil-Best XI ġenerali, filwaqt li Milica Milinković ingħaqdet ma’ Haley fil-U23 Best XI.

Intant, Tessa Wullaert mhux biss kisbet post fil-Best XI ġenerali, iżda rebħet ukoll il-premju tal-Best Forward wara prestazzjonijiet mill-aqwa matul l-istaġun..

Prosit kbira!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI