Bil-Filmat: “Konna Nħarsu Lejn Xulxin, Imma L-Ħars Tiegħu Kien Ta’ Tbatija Li Kien Għaddej Minnha” – Josette Gatt

Josette Gatt

Hospice Malta qasmu l-istorja ta’ Josette Gatt, li hi armla ta’ pazjent li sabhom bħala appoġġ kbir. Kienu ta’ appoġġ anke għaliha, fl-agħar mumenti.

Josette tirrakkonta diversi mumenti, kemm sbieħ u kemm koroh. Il-mumenti koroh meta skopriet b’dak li kien qed ibati, u ssemmi ż-żmien meta beda jiggrava.

“Dak il-ħin blank kont, ‘Għidtlu Mulej urini x’għandi nagħmel’. L-ewwel ftit xhur kienu b’qalbi maqsuma, għax bdejt narah sejjer lura. Imbagħad tlabt l-għajnuna tal-Hospice, għax ma stajtx inkampa waħdi miegħu. Mill-ewwel offrewli…”

Josette issemmi mumenti iebsin meta, “Konna nħarsu lejn xulxin, imma l-ħars tiegħu kien ta’ tbatija li kien għaddej minnha.”

Josette grata immensament li Hospice għadhom sal-lum jiċċekkjaw u jistaqsuha kif inhi, daqslikieku tal-familja.

“Kont ngħidilhom, ‘Grazzi għax għamiltu biżżejjed miegħi, nirringrazzjakom'” Segwi fil-filmat:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI