L-għalliema u awtur lokali Etienne Micallef ktieb dwar messaġġ li rċieva minn student tiegħu biex jirringrazzjah talli ħadhom ħarġa li tant apprezzaw.
Apparti minn hekk min kiteb il-messaġġ juri kemm japprezza kulma jagħmel Etienne għall-istudenti u kemm jappoġġjahom.
“Grazzi talli tieħu ħsiebna u ta’ kollox u jistħoqqlok ir-rispett kollu tad-dinja għax inti dejjem tirrispettana,” ikompli l-messaġġ.
Etienne xtaq jaqsam dan il-mument speċjali. “Meta tasal id-dar wara x-xogħol u tirċievi messaġġ bħal dan fuq TEAMS mingħand student/a. Kemm hu sabiħ l-apprezzament. Kultant it-tfal jgħallmu lill-kbar!”