Fadal Madwar Xahar Ieħor Sabiex Jibda L-Istaġun Sajfi F’Pajjiżna

Eżattament 33 jum ieħor, f’pajjiżna jibda l-istaġun sajfi li jagħti lok lill-familji Maltin sabiex jibdew igawdu xi ġurnata l-baħar, imorru jiċċelebraw il-bosta festi li jiġu organizzati fil-bliet u l-irħula Maltin, u forsi anke jmorru xi btala sabiex jistrieħu ftit.

Matul l-istaġun tas-sajf żgur li mhux se jonqos ukoll li pajjiżna jintlaqat minn xi mewġa tas-sħana li tgħolli t-temperatura u tkompli żżid mas-sħana li dan l-istaġun diġà jġib miegħu.

Is-sajf huwa wkoll mistenni minn bosta studenti li bħalissa jkunu impenjati ferm bl-istudju u għalhekk għalihom is-sajf ifisser serħan u l-waqfien tal-istress tal-eżamijiet.







Ritratti:

Facebook / Malta Info Guide

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI