Imħabbra D-Dettalji Tal-Funeral Tal-Youth Worker Charles Henry Micallef – Hekk Kif Aġenzija Żgħażagħ Qed Tipproċessa Din It-Telfa

Aġenzija Żgħażagħ ħabbret id-dettalji tal-funeral tal-youth worker Charles Henry Micallef, wara li aktar kmieni din il-ġimgħa qasmet l-aħbar tal-mewt tiegħu b’sogħba kbira.

Fi stqarrija, l-aġenzija qalet li Charles kien youth worker dedikat fi ħdan il-Gozo Unit ta’ Aġenzija Żgħażagħ, fejn tul is-snin mess il-ħajja ta’ bosta żgħażagħ u kollegi permezz tal-ġentilezza, l-impenn u l-kura ġenwina tiegħu lejn l-oħrajn.



Il-funeral se jsir nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2026 fil-11:00 ġewwa Villa Fiorita, Triq Tal-Merzuq, iż-Żebbuġ Għawdex, filwaqt li wara se ssir id-difna f’Malta. Ġie spjegat ukoll li aktar dettalji dwar wake se jitħabbru aktar ’il quddiem.



Aġenzija Żgħażagħ stiednet lill-kollegi, l-imsieħba u lil dawk kollha li jixtiequ jsellmu lil Charles biex jattendu għas-servizz funebri.



“Se nibqgħu niftakru f’Charles għall-impatt pożittiv li ħalla, il-konversazzjonijiet profondi li kien jaqsam u d-differenza li ġab fil-ħajja taż-żgħażagħ f’Għawdex u lil hinn,” qalet l-aġenzija, filwaqt li sellmet il-memorja tiegħu u bagħtet il-kondoljanzi lill-familja u l-ħbieb tiegħu.

F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil dawk li kienu jafuh, ċertament li t-telfa tiegħu se tibqa’ tinħass. Strieħ fis-sliem Charles.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI