Huwa vera li l-ħabs huwa esperjenza diffiċli għal dawk kollha li jesperjenzawh, iżda bosta jinsew li hija esperjenza daqstant ieħor diffiċli għall-membri tal-familja ta’ dawk li jkunu l-ħabs. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Andrew Azzopradi tkellem dwar dan.
Hu qal, “Illum mort nara xi ħadd il-ħabs. Wara waqfet tkellimni omm li kienet marret tara lil binha. Qalba mfarrka.”
Żied jgħid, “Kultant ninsew li mal-vittma tal-kriminalità, hemm vittma oħra wkoll, il-familja ta’ min għamel il- ħazin, li ħafna drabi ninsewha, u m’iniex ċert li qegħdin nindirizzaw għajnuniet lejhom. Jispiċċaw ħatja daqs familthom li qedin il-ħabs u jġorru piż li qatt ma jkunu talbu għalih. Tbatija kbira. Tbatija fis-skiet.”
Andrew Azzopardi