Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Animal Welfare Gozo laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Rudy u Trudy, żewġ qtates ħelwin immens li qed ifittxu d-dar dejjiema tagħhom.
Huma qalu, “Rudy, qattus maskili abjad u oranġjo, u Trudy, qattusa femminili bajda u oranġjo, huma mimlijin enerġija u jħobbu ħafna l-kumpanija ta’ xulxin. Għalhekk idealment nixtiequ li jingħataw dar flimkien. Il-qtates bħalissa għandhom 6 ġimgħat u jkunu lesti għall-adozzjoni meta jagħlqu 8 ġimgħat. Jekk tista’ toffri lil xi wieħed minn dawn il-qtates ħelwin dar mimlija mħabba għal dejjem, jekk jogħġbok ikkuntattjana. Ma naċċettawx talbiet permezz tal-kummenti.”
Dawk kollha interessati għandhom jagħmlu kuntatt ma’ Animal Welfare Gozo.
Ixxerjaw dan l-artiklu biex inkunu t’għajnuna!