Fi stqarrija, l-aġenzija qalet li Jason Zammit mhuwiex wiċċ ġdid fi ħdan Aġenzija Żgħażagħ, hekk kif ilu parti mill-vjaġġ tagħha għal dawn l-aħħar 15-il sena, fejn ta kontribut importanti fit-tkabbir u l-iżvilupp tagħha matul is-snin.
L-aġenzija sostniet li l-esperjenza tiegħu fil-qasam tal-ħidma maż-żgħażagħ, flimkien mal-impenn kontinwu tiegħu lejn iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, jagħmluh persuna ideali għal dan ir-rwol.
Aġenzija Żgħażagħ qalet ukoll li tinsab ħerqana sabiex tkompli ssaħħaħ il-missjoni tagħha taħt it-tmexxija tiegħu, bil-għan li tkompli tappoġġja liż-żgħażagħ madwar Malta u Għawdex.
Fl-istess messaġġ, l-aġenzija laqgħet lil Zammit f’dan il-kapitlu ġdid fil-karriera tiegħu u awguratlu kull suċċess fil-kariga l-ġdida tiegħu bħala CEO.
Facebook / Aġenzija Żgħażagħ