Attenti – Qed Jiċċirkola Dan Il-Messaġġ Qarrieqi Li Qed Jirċevuh Ħafna Nies

Bħalissa qed jiċċirkola messaġġ qarrieqi li qed jirċevuh numru kbir ta’ nies. In-numru li qed jintuża jibda bil- +63, jiġifieri mill-Filippini u qed jintbgħat f’isem il-gvern ta’ Malta.

Il-messaġġ jgħid, “[Gvern ta’ Malta] – Avviż ta’ Ksur tat-Traffiku

Skont l-Artikoli 52(3) u 58 tal-Att dwar ir-Regolamenti tat-Traffiku fit-Toroq, b’dan noħorġu l-avviż finali li ġej rigward il-multa pendenti tiegħek ta’ ksur tat-traffiku:

Il-vettura tiegħek ġiet irreġistrata mis-sistema intelliġenti ta’ sorveljanza bil-vidjo (MPK-477) għal sewqan b’veloċità eċċessiva/parkeġġ illegali. Dan iċ-ċentru ħareġ avviż ta’ ksur u tfakkira ta’ ħlas skont il-proċeduri legali, u s-sistema turi li l-avviż twassal b’suċċess, iżda għadna ma rċevejniex l-appell jew il-ħlas tiegħek.

Skadenza statutorja għall-ħlas: 23 ta’ Mejju, 2026, 24:00

Tfakkira Importanti: In-nuqqas ta’ ħlas sal-iskadenza se jqajjem il-konsegwenzi legali li ġejjin:

Tariffa ta’ ħlas tard ta’ 10% tal-multa totali se tiġi imposta kuljum mill-ewwel jum tal-perjodu skadut;

Wara 30 jum, il-każ jiġi trasferit awtomatikament lil qorti b’ġurisdizzjoni;

Il-qorti toħroġ ordni ta’ infurzar biex tnaqqas direttament l-ammont sħiħ mill-kont bankarju tiegħek, inkluż iżda mhux limitat għall-multa prinċipali, it-tariffi kollha għal ħlas tard, u l-ispejjeż imġarrba fil-proċedimenti ta’ infurzar.

Jekk għandek xi oġġezzjonijiet, jekk jogħġbok ibgħat appell bil-miktub permezz tal-kanal uffiċjali tal-ilmenti qabel l-iskadenza. Appelli tard mhux se jiġu aċċettati, u se jiġu segwiti l-proċeduri legali.”

Fejn flimkien mal-messaġġ hemm ukoll ħolqa. Attenti għall-messaġġo simili!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI