Bħal-Lum 104 Snin Ilu Mietet Karmni Grima, Mara Qaddisa Li Kellmitha L-Madonna

Fil-25 ta’ Mejju tal-1922, eżattament bħal-lum 104 sena ilu, mietet Karmni Grima li hija meqjusa bħala mara qaddisa hekk kif matul ħajjitha jingħad li saħansitra kellmitha l-Madonna.

Karmni kienet trabbiet f’familja fqira li kienu jaħdmu l-għelieqi. Kienu nies ordinarji u mhux magħrufa mal-pubbliku sakemm Karmni għalqet 45 sena.

Fit-22 ta’ Ġunju tal-1883 waqt li Karmni kienet għaddejja minn quddiem kappella żgħira ddedikata lill-Madonna ta’ Pinu, vuċi misterjuża qaltilha: “Ejja… ejja llum. Għal sena sħiħa, mhux se tkun tista’ tiġi.”

Imbeżża’ u eċitata, Grima ħarset għal ġol-kappella, u mill-pittura tal-Verġni Marija Mtella’ fis-Sema semgħet din l-istedina bil-vuċi li dehret li kienet dik tal-Madonna: “Itlob tliet Ave Marijiet f’ġieħ it-tlett ijiem li jiena bqajt fil-qabar.”



Wara aktar minn sena, Grima semgħet il-vuċi mill-ġdid u rċeviet xi profeziji. Hija qalet b’dan lil ħabib tagħha bl-isem ta’ Franġisku Portelli li qalilha li hu wkoll sema’ leħen simili.



Wara li seħħ fejqan mirakuluż ta’ mara, wara li sar talb lill-Madonna taħt it-titlu ta’ Ta’ Pinu, kulħadd sar jaf li Karmni Grima kellmitha l-Madonna u hekk bdew il-pellegrinaġġi.

Grima u Portelli t-tnejn li huma ġew eżaminati bir-reqqa mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi li sabu fihom persuni affidabbli. Meta Karmni ġiet interrogata, hija wkoll ikkonfermat b’ġurament il-verità ta’ dak kollu li kienet qed tiddikjara.

Illum id-dar fejn Grima għexet ġiet transformata f’mużew għall-viżitaturi kollha li jmorru Ta’ Pinu.

Karmni Grima mietet fl-età ta’ 84 sena.

Sors: Tagħrif Dwar il-Qaddisin



Ritratti:

Facebook / Dar Karmni Grima Museum

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI