Sentejn Ilu Ħalla Din Id-Dinja Traġikament L-Infermier Joseph Grech

Kien proprju bħal-lum sentejn meta tilef ħajtu traġikament l-infermier Bormliż Joseph Grech fl-età ta’ 48 sena. Joseph kien tilef ħajtu proprju f’Mater Dei fejn ta’ kuljum kien jgħin tant u tant pazjenti.

Wara li ħarġet l-aħbar li ħalla din id-dinja, Joseph kien ġie deskritt minn ħafna bħala bniedem umli, tar-rispett u fuq kollox altruwist, tant li ddedika ħajtu sabiex bħala infermier jgħin kemm jista’ persuni.

Joseph kien anke tfakkar għall-kontribut tiegħu fis-sigla tas-serje tant popolari Gizelle.







Ritratti:

Facebook / Joseph Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI