Transport Malta ser tkun qed tissospendi l-liċenzja tal-akbar operatur tal-Y-Plate tal-gżejjer Maltin.
It-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva ddeċieda li l-awtoritajiet tat-trasport setgħu jieħdu passi kontra l-kumpanija WT Global u jinfurzaw ir-regoli relatati mas-servizz tal-Y-Plate cabs, wara li nstab li kienet ingħatat informazzjoni żbaljata mill-kumpanija stess.
Skont rapport ta’ Times of Malta, it-tribunal ikkonkluda li l-informazzjoni mhux korretta pprovduta minn WT Global kienet biżżejjed biex tittieħed azzjoni.
Intant, il-Ministru għat-Trasport Chris Bonett ħabbar li l-pjattaformi kollha ta’ ride-hailing ġew infurmati li r-regolatur issa se jkun qed jipproċedi bis-sospensjoni tal-liċenzja ta’ WT Global.
Hu jgħid, “Transport Malta tingħata raġun mill-Qorti. Konfermata d-deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-liċenzja ta’ WT Global.”