Matul il-Malta FA Awards 2026, il-ġurnalista sportiva u eks atleta nazzjonali Joanna Camilleri qasmet messaġġ personali u ta’ ispirazzjoni dwar il-vjaġġ tagħha fil-ġurnaliżmu sportiv u fid-dinja tal-isport.
Irrimarkat li issa ilha 25 sena taħdem fil-ġurnaliżmu sportiv, filwaqt li ddedikat ħajjitha wkoll għall-isport bħala atleta li rrappreżentat lil Malta f’kompetizzjonijiet internazzjonali, fejn kisbet diversi midalji u unuri personali.
“25 sena fil-ġurnaliżmu sportiv. Ħajja ddedikata għall-isport, kemm quddiem il-kamera kif ukoll nikkompeti biex nirrappreżenta lil pajjiżi bi kburija bħala atleta nazzjonali u nikseb midalji u unuri personali matul it-triq. F’kull kisba, valur wieħed dejjem iggwidani: nibqa’ umli, nibqa’ b’saqajja mal-art, u qatt ma nieqaf naħdem.”
Joanna sostniet ukoll li dejjem hemm xi ħaġa x’titgħallem mingħand ħaddieħor, irrispettivament mill-esperjenza li wieħed ikollu.
Fl-istess waqt, appellat biex persuna qatt ma tħalli n-negattività u l-għira jikkontrollawha.
Dwar il-professjoni tal-ġurnaliżmu, hija qalet li xogħol il-ġurnalist għandu jkun mibni fuq mistoqsijiet tajbin.
Facebook/ Joanna Camilleri