“X’Tixtiequ Li Jsir Mill-Moskea Ta’ Raħal Ġdid?” – Il-Mistoqsija Li Qed Toħloq Dibattitu Sħiħ Bħalissa!

Fuq il-midja soċjali qed idur stħarriġ li qed jiġbed l-attenzjoni ta’ bosta Maltin dwar il-futur tal-Moskea ta’ Raħal Ġdid. L-istħarriġ ipoġġi quddiem in-nies tliet għażliet differenti: li l-binja tibqa’ kif inhi, li jiżdiedu aktar moskej, jew inkella li jitneħħew dawk li diġà hemm.

Din il-mistoqsija wasslet għal ħafna kummenti u opinjonijiet differenti onlajn, b’uħud jisħqu fuq l-importanza tar-rispett lejn il-libertà reliġjuża u oħrajn jesprimu l-ħsieb tagħhom dwar kif Malta qed tinbidel kemm b’mod soċjali kif ukoll dak kulturali.Il-Moskea ta’ Raħal Ġdid ilha snin parti mill-komunità Musulmana f’Malta u hija magħrufa sew minn ħafna Maltin, anke minħabba l-arkitettura distintiva tagħha.



Bħal ħafna suġġetti oħra relatati mal-identità, il-kultura u r-reliġjon, jidher li din il-kwistjoni qed tqajjem dibattitu b’saħħtu fost il-pubbliku.





Ritratti:

Fb/ Ġenn tal-moħħ

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI