Korsijiet Ta’ Animal First Aid Mill-Kunsilli Lokali Ħa Jibdew Minn Ottubru Li Ġej

annimali

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-inizjattiva l-ġdida tal-korsijiet ta’ Animal First Aid li se jkunu qed jiġu organizzati mill-kunsilli lokali minn Ottubru li ġej.

F’messaġġ li qasmet fuq il-paġna uffiċjali tagħha, Alison Zerafa Civelli qalet li din l-inizjattiva hija “għal qalbha ħafna”, speċjalment minħabba l-imħabba tagħha lejn l-annimali u l-esperjenza personali tagħha bħala sid ta’ diversi annimali domestiċi.

“Bħala familja li d-dar għandna diversi annimali, nafu kemm hu importanti li tkun preparat f’mumenti ta’ emerġenza. Żgur li dawn il-korsijiet se jkunu ta’ għajnuna kbira għal ħafna familji u sidien ta’ annimali bħalna.”

Prosit! Jalla jservi ta’ ġid kbir!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI