“Grazzi Mulej li sliftni sena oħra”, hekk kitbet Rita Grima fuq il-mezzi soċjali tagħha hekk kif illum qed tiċċelebra għeluq sninha. Is-Sindku ta’ Żurrieq qasmet messaġġ qasir iżda mimli emozzjoni u gratitudni mas-segwaċi tagħha, fejn irringrazzjat lil Alla talli taha sena oħra ta’ ħajja.
Il-post tagħha malajr ġibed diversi kummenti ta’ awguri mingħand residenti, ħbieb u persuni oħra li segwew il-messaġġ tagħha online. Rita Grima hija magħrufa għall-ħidma tagħha fi ħdan il-lokalità taż-Żurrieq u għall-preżenza attiva tagħha.
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha sena mimlija saħħa, henna u kuntentizza. Awguri Rita!
Facebook / Rita Grima