Gillian Attard qasmet messaġġ mimli mħabba u emozzjoni ddedikat lin-nanna tagħha hekk kif din qed tiċċelebra għeluq sninha.
Fuq il-mezzi soċjali, Gillian kitbet kliem mill-qalb fejn fissret kemm in-nanna tagħha kellha rwol importanti f’ħajjitha, tant li qalet li rabbietha bħallikieku kienet bintha stess.
“Lill-unika nanna tiegħi, inti rabbejtni bħal tiegħek. Waħda mill-akbar xewqat tiegħek kienet dejjem li tara lili niżżewweġ xi darba. Iżda l-unika xewqa tiegħi hi li nqatta’ ħajti kollha miegħek maġenbi,” kitbet Gillian.
Hi kompliet titlob skuża għaż-żminijiet fejn ma ssibx biżżejjed ħin biex iżżurha kemm tixtieq, iżda qalet li n-nanna tagħha dejjem tifhimha, propju minħabba l-imħabba kbira li dejjem uriet magħha.
“Inħobbok ħafna. Happy Birthday,” temmet tgħid fil-messaġġ tagħha li mess il-qlub ta’ bosta segwaċi online.
Facebook / Gillian Attard