“Qaluli Li Forsi Għandi Bżonn Operazzjoni Fil-Qalb” – Ruud Buhagiar

Ruud Buhagiar fetaħ qalbu ma’ dawk li jsegwuh fuq il-mezzi soċjali hekk kif żvela li ġimagħtejn ilu ddaħħal l-isptar u ngħata l-aħbar li jaf ikollu bżonn operazzjoni fil-qalb. Fil-messaġġ emozzjonanti tiegħu, Ruud spjega kif kliem bħal dan biddel kollox għalih f’sekonda waħda, speċjalment minħabba li ħajtu ddur madwar il-boxing, it-taħriġ u l-moviment.

“Hekk kif smajt li jaf ikolli bżonn heart surgery, xi ħaġa fija nbidlet mill-ewwel,” kiteb Ruud. “Il-ħsieb li ma nkunx nista’ nitħarreġ għal żmien twil jew li forsi qatt ma nerġa’ nisparja laqatni ħafna.” Hu qal li din l-esperjenza għamlitu jirrealizza kemm ħafna drabi nieħdu affarijiet importanti for granted, anke dawk li nħobbu l-aktar.



Minkejja li għandu gym u mdawwar bit-taħriġ kuljum, ammetta li xorta waħda kien qed isibha diffiċli biex jagħmel biżżejjed ħin għalih innifsu. “Ħadtha kważi biex nitlef dak li nħobb biex nifhem kemm hu importanti li napprezza dak li għandi waqt li għadu hemm,” kompla jgħid.



Ruud spjega li bħalissa għadu ma jafx x’se jiġri jew jekk l-operazzjoni hix se tkun meħtieġa, iżda qal li din kienet lezzjoni kbira dwar kemm il-ħajja tista’ tinbidel malajr.

“Minn issa ’l quddiem, tkun kemm tkun mimlija l-ħajja, se nagħmel ħin għalija wkoll. Għax l-affarijiet li nħobbu qatt m’għandna nieħduhom for granted,” temm jgħid filwaqt li esprima t-tama tiegħu li din tibqa’ biss lezzjoni u li jkun jista’ jkompli jagħmel dak li jħobb għal ħafna snin oħra.



Ritratti:

Facebook / Ruud Buhagiar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI