Passiġġier Allegatament Irrifjuta Jħallas Il-Biljett U Spiċċa Jattakka Lix-Xufier Tal-Linja Fuq Rotta 91

Xufier tal-linja spiċċa vittma ta’ aggressjoni waqt vjaġġ mill-Fgura wara li passiġġier allegatament irrifjuta jħallas il-biljett għal-vjaġġ u beda joħloq argument fuq il-karozza tal-linja.

Filmat li xxandar fuq il-paġna popolari ta’ Facebook Expats Malta jidher juri l-inċident iseħħ fuq rotta 91 għall-ħabta tal-11am tat-Tlieta. Skont min tella’ l-filmat, il-passiġġier kien ukoll qed jixrob il-birra. Fil-filmat, il-passiġġier jidher ukoll jgħajjat max-xufier filwaqt li tal-linja waqfet għal xi ħin. Allegatament, ix-xufier irrifjuta jkompli l-vjaġġ sakemm il-passiġġier iħallas il-biljett u jieqaf jixrob fuq il-karozza tal-linja. 



Is-sitwazzjoni kompliet teskala meta l-passiġġier beda juri aġir aggressiv. Fil-filmat jidher ukoll li x-xufier fetaħ il-bibien ta’ wara biex passiġġieri oħra jkunu jistgħu jinżlu b’mod sigur, filwaqt li ċempel lill-pulizija. Qabel niżel mil-linja, il-passiġġier jidher li beżaq fuq ix-xufier u beda jroxx il-birra fuqu. 



F’wieħed mill-kummenti, il-kumpanija Malta Public Transport ikkundannat dan l-aġir u qalet li qed tinvestiga l-każ filwaqt li qed toffri appoġġ lix-xufier involut. 



Ritratti:

Fb/ Alex Graham
Instagram/ Trasport Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI