“Strieħ Fis-Sliem, Vivi” – Il-Grupp Infjorata Rabat Isellem Il-Memorja Ta’ Waħda Mill-Membri Tiegħu

Il-Grupp Infjorata Rabat sellem il-memorja ta’ Vivi, membru għażiż li ħalla marka kbira fuq il-grupp u fuq dawk kollha li kellhom il-privileġġ jaħdmu miegħu matul is-snin.

F’messaġġ mimli emozzjoni li qasam fuq il-midja soċjali, il-grupp iddeskriva lil Vivi bħala persuna li kienet preżenti sa mill-bidu nett tal-avventura tal-Infjorata Rabat, fejn dejjem tat is-sehem tagħha b’dedikazzjoni, kreattività u spirtu pożittiv.

“Mill-ewwel ġurnata kont hemm, toħloq, tgħin, tidħaq, u tagħti l-ħajja lil kull mument li qsamna flimkien,” kiteb il-grupp, filwaqt li saħaq li Vivi ma kienx biss membru, iżda parti essenzjali mill-familja tagħhom.



Il-messaġġ kompla jfakkar fil-ġentilezza, id-dedikazzjoni u s-saħħa kwieta li kien juri Vivi, kwalitajiet li, skont il-grupp, ħallew marka li qatt ma tista’ tintesa. Il-membri tal-Infjorata Rabat qalu li se jkomplu jġorru l-memorja tiegħu magħhom f’kull attività u f’kull infjorata li joħolqu, bħala tifkira tal-kontribut prezzjuż li ta lill-grupp tul is-snin.



“Illum nagħtuk ġieħ, nirringrazzjawk, u nġorru l-memorja tiegħek magħna f’kull fjura li nqiegħdu u f’kull pass li nagħmlu flimkien,” temm jgħid il-messaġġ. Minn Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, qraba u ħbieb ta’ Vivi f’dan il-mument diffiċli.

Strieħ fis-sliem, Vivi.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI